Int X’Għamilt
B’Ħajjtek?*
Mhux bis-sagrifiċċju ta’ kull sena
Niftakrek iżda bit-tktika tal-arloġġ
Ix-xiħ li hemm inti u tiela’ t-taraġ
Għaliex għalxejn iż-żmien irid iġorrok miegħu
Iż-żmien bħal ħamla li jimbotta
Ġrajjiet u tifkiriet u lilna magħhom.
Tifkira inti tibqa’ f’moħħ min baqa’ ħaj
U jiena bħalek għad insir
U mbagħad xħin kollox spiċċa
Nistħajjlek tistaqsini:
Int x’għamilt b’ħajjtek?
U jista’ jkun li xejn ma jibqa’
X’ħin bħalek jien insir
Eternita’.
Int issa sirt sabiħa aktar minn qatt qabel
Bħas-skiet . . .
Bħas-s-sema sajfi mimli kwiekeb.
Alfred Grech
12/06/2019.
*Miktuba wara quddiesa
anniversarju fl-għeluq is-sebgħa snin mill-mewt ta’ Valerie
No comments:
Post a Comment