Lilek.
Lilek ja sirena tal-bnazzi
Li tiġi kull filgħodu ssellimli
Bla ma titbissem
Għax tibża’ li b’daqshekk
Tikkomprometti ruħħek.
Lilek t’għajnejk skuri
U xuxtek sewdenija
Tagħtini daqqa t’għajn
imbagħad tiżgiċċa
U tgħidli li tassew
Tixrieqli l-għodwa t-tajba.
Lilek ja sibilla
Ta’d rgħajk miftuħa
Li għandek qalbek kbira
Biex tħaddan il-kolossi
Li b’riġlejhom jagħaqqdu naħa m’oħra.
Lilek dawn il-versi
U għad irridek tgħidli
Xi jkun għaddej minn moħħok.
Alfred Grech
29/06/2019
No comments:
Post a Comment