Mur Obsor.
Mur obsor li llum hemm min
qed ifakkar
martirju li kien wassal
għall-ħelsien,
ħerqan li jitfa’ fuqhu jerġa’
l-madmad
ġej mnejn ġej, inkella kien
ta’ min kien!
Mur obsor illi l-kilba
sabiex jaħtaf
iktar minn dak li jmissu jew
bill-ħaqq,
ma jintebaħx li jassar lilhu
nnifsu
u lilna lkoll, ilsiera
tabilħaqq.
Mur obsor illi hawn min qed
jiftaħar
li għani sar u l-qabża qed
tiżdied,
li mhux tassew li jieħu dak
li ħaqqu
skond ħiliethu, jew messu
kull ma ried.
Mur obsor li l-flus u
l-affluwenza
saru l-allat u d-din ta’jasar
ġdid.
Egħżeż mill-fehma, ir-rieda
u l-qalb sinċiera
quddiem is-saltna u l-mors
tal-ħadid.
Kif ma ntebaħx min ried lil
din l-art jimla’
b’kull ġens, kull lewn,
ħaddiema barranin,
bini fuq ieħor, nugrufun u
ħsejjes
u qtugħ in-nifs li ġġarrab
ta’ kull ħin.
Alfred Grech.
Sette Giugno 2019
No comments:
Post a Comment