Waqa’ Bini.
Waqa’ bini u xejn ma ġara,
l-aqwa li ma weġġa’ ħadd,
u mqarr jekk xi ħadd iweġġa’
Bħal kull il-bini jrid
jinħatt.
Waqa’ bini u xejn ma’ ġara
Dan il-paniku għalfejn?
Fil-pajjiżi zviluppati
Jiġri dan, ma ġara xejn!.
Inċidente di percosrso
Qal dak l-għaref, ta’ bla żejt!
Tantx titmasħnu, tantx
teqirdu
F’daqqa dorna dawra mejt!
Xejn teqirdu u xejn
titnaffru
Dal pajjiż niviluppawħ
U li timraħ ftit fil-beraħ
Lanqas biss nikkuntemplawħ.
Alfred Grech
13.06/2019
No comments:
Post a Comment