'L-Hemm Sejjrin.
'L-hemm sejjrin
Aħna nagħmlu li jinħtieġ
isir.
Minn jum għal jum ninġarru
mill-kurrenti
U nagħmlu dak li jgħidulna
Jew nagħmlu bħalma għamlu ta’
qabilna
Jew nagħmlu bħall-ħaddieħor.
Hekk sejjrin mingħajr ma
biss nistaqsu
Jekk hux li kellna f’moħħna
Jew dak li kellna nagħmlu.
Alfred Grech
21/06/2019
No comments:
Post a Comment