Saturday, 30 November 2019


Image result for good friday procession

Il-Ktajjen Tas-Setgħana.

Il-Ktajjen tas-setgħana huma tqal
Bħal dawk tal-purċissjoni
Fil-Ġimgħa l-Kbira
Għax jinbqgħu inkullati
Għax jaħsbu li għada ma jisbaħx
U li d-dinja ma timxix mingħajrhom
U mhemmx mod ieħor kif isseħħ
It-traġikummiedja
U jaħsbu li mod ieħor mhemmx
Kif titla’ x-xemx fil-għodu.
Ħrehhef tal-biża’
Stejjer tal-waħx.
Kullħadd jimmira t-tir lejn fejn jaqbilli.
Neħlisha jien, jeħles kulħadd
U l-boloħ u l-ilsiera
Jinżlu għarlubtejhom u jkantaw
Allelulja.
Minn qal li b’rieda ħielsa
L-għażliet li magħmlu aħna
Jekk dejjem u f’kulħadd
Id-dnub oriġinali.

Alfred Grech
30/11/2019

Friday, 29 November 2019


Image result for Lilliput and gulliver


Le ż-Żejt Ma Jitlax F’Wiċċ L-ilma.

Le ż-żejta ma jitlax f’wiċċ l-ilma
Iż-żejt jiġrilu bħan-nugrufun
Jieħu dawra oħra
Jagħmel karambola
Jew parabbola u jerġa’ jinżel l-isfel
Sabiex naraw il-kutrumbajsi
Taż-żejt li beda jiżfen flok ma jitla’
U ninbdew ngħidu li dawn huma ħwejjeġ
Li bħalhom qatt ma rajna.
Dawn ħwejjeġ li jiġru biss
Fil-ġżira ta’ Lilliput
Meta l-Lilliputjani fettxew biex jimmażraw
U jankraw lil-ġigant
Li lilhu bdew jaduraw.
Le, ż-żejt ma jitlax f’wiċċ l-ilma
Iż-żejt għandu ħabta jibqa’ nkullat
Mal xi relitt fil-qiegħ
Sakemm isir qatran u biż-żmien
Jatrofizza.

Alfred Grech
29/11/2019.




Image result for three monkeys

Tlett Xadini.

Nimmutaw u ħalqna nagħlqu
Nimmutaw, ma ngħidu xejn,
Għax ħażin jibdew jifhmuna
Ħafna nkwiet, u dan għalfejn?

Nagħattu għajnejna sabiex ngħidu
Illi qatt ma rajna xejn,
U jekk hemm li jaf xi ħaġa,
Waħdu jibqa’ bejn ħaltejn.

Torox sirna, mank nisimngħu
Bomba tfaqqa’, terrimot
Ta’ xi skandlu li jgħeżżiżna
U ma jibqa’ xejn fis-sod.

Dak li jaqbel biss għalina
Ser nisimgħu, aktar mhemmx,
Ngħawwġu l-fatti ngħawwġu s-sewwa
Jidher ċar fid-dawl tax-xemx.

Alfred Grech
29/11/2019.


Wednesday, 27 November 2019


Image result for oil on water


Xhini Din?

Xhini din li l-ħin kollu
Niġġieldu l-inkursuri
Li ħarrbtu fejn noqgħodu
Ħasbuna salt pasturi?

X’inhi li ta’ kull darba
Insibu l-min ibiddel
Il-mod kif drajna ngħixu
U jaqleb minn fuq s-isfel?

U jaħseb jista’ jitla’
U qisu xejn ma ġara,
U  jirkeb dahar ħaddieħor
U kollox sar jindara.

X’pajjiż sar dan imsejjken
Fejn l-aqwa kriminali
Jixxierku fin-negozju
Bl-immunita’ statali?

Iż-żejt f’wiċċ l-ilma jitla’
Għax fl-aħħar jasal l-aħħar
U ż-żejjed kollu żejjed
U nibgħatuħ ibaħħar.

Alfred Grech
27/11/2019.

Monday, 25 November 2019


Image result for news.

U dan Għaliex?

U dan għax ħsibt li jiena
Għandi l-ħin u s-sabar
Li noqgħod naqra dak li ħsibt
Jew dak li tħoss għalkemm mirqum
Bir-rima jew mingħajrha?

U dan għaliex qed taħseb li xi ħadd
Baqgħalu r-rieda
Jaħli l-ħin biex joqgħod jifli
Dak li hemm fil-ktieb mitbugħ?

Il-ħajja dan il-waqt
U dan il-waqt hu waqt ta’ skiet
Ta’ dlam li qatt ma tinfdu
Tal-illużjoni li kont jien
Mingħajr aljenazzjoni.

Jekk noqgħod naqra u nisma’ l-aħbarijiiet
L-aħbar li tista’ ddejjaq hi fil-bogħod
U fl-isfond ta’ dan kollu
Tindaqq xi l-melodija.

Alfred Grech
25/11/2019.



Image result for the corrupt.

Ħallejnihom.

Ħallejtuhom iġibu l-vjolenza
Dan ngħiduh mingħajr biża u tlaqliq
Ħallejtuhom ikissru w iħarrbtu
U għal milljuni jagħtuna bis-sieq.

Jittradixxu u jbiegħu pajjiżna
Lill-barrani u jħammġu kull m‘hawn,
Ġabu fuqna kull mard u kull vizzju
Qatt ma rajna xenati bħal dawn.

Saru isqra tal-ħtif, nies feroċi
Biex neżżgħulna kull sens ta’ rispett,
Dardru l-ilma li minnu nixorbu,
Żebilħuna u waqqgħulna għaż-żuffjet.

Issa ħasbu xi ħadd se jemminhom,
Biss hawn bċieċen li għadhom reqdin,
Iżda ż-żejt jitla’ qiegħed f’wiċċ l-ilma
U jinkixfu l-midinba qiegħdin.

Ħtija tagħna għax aħna fdajnihom,
Lilħom tajna l-muftieħ tad-destin
Il-ħmieġ kollu wiegħduna li jneħħu
U issa huma qed jikxfu ’l-xulxin.

Alfred Grech
25/11/2019

Sunday, 24 November 2019



Image result for the olympians.

L-Olimpjani.

Issa li l-olimpjani spiċċawlhom il karti tal-logħob
u fadlilhom ftit mossi x’jistgħu jagħmlu
qabel jiblagħhom l-abbiss
u jinżlu jitgerrbu għal-isfel
mill-għoljet u mill qċaċet fejn kienu tant jiddandnu
għax kienu jaħsbu li ħadd ma seta’ għalihom
huma daru fuq Zeus, il-kbir Zeus
ir-re tal-allat
iben Rhea u l-qawwi Kronos
li sallum dejjem kien it-tarka tagħhom
u laqgħa għalihom bħal tfal imqarbin li kienu
u sgiċċa mill mira ta’ kull vleġġa velenuża
billi aljena lil kullħadd u lihom magħhom
bl-istejjer ta’ qabel l-irqad u bil ħrejjef l-oħra
bil-kutrumbajsi li kien imdorri jagħmel
inkella teatrini
għax hu kien attur u kien makakk
imħarreġ sew fis-sena tas-simulazzjoni.
Iżd’issa mqar il-kbir Zeus
żmienu kien għamlu u s-seħer li kien imdorri jitfa’
fuq kulħadd spiċċalu
għax trekken hu ukoll
u nqabad sewwasew ġo l-għanqbuta li kien niseġ.
U meta marru ħdejħ jistaqsuħ x’setgħu jagħmlu
Zeus il-kbir tbiegħed minnhom
u lissen kliem ma jinftiehemx
u beda jisħet il waqt u l-ħin
li hu wkoll ma spiċċax ġewwa żaqq
Kronos missieru bħall-allat ta’ qablu.
U issa wieħed wieħed bdew jitgerrbu
it-taraġ għoli tal-palazz irrestawrat
ewlieni fil quċċata fejn jista’ jidher
minn kulħadd u minn kullimkien
fuq l-għolja mqaddsa tal-allat.
Sab ruħu waħdu issa l-kbir Zeus
jiġġieled il-qilla tal-plebej u tal-bnedmin
li fis-sedqa tagħħom emmnu
u għax emmnu hassew irwieħom milgħuba.
iżd’issa qamu min-ngħas twil u tqil li kien ħakimhom

Alfred Grech
24/11/2019.