Aktar ’il-Bogħod.
Hekk ridt
jien għax issa sirt tifhimni
U taf li
dan il-vjaġġ waħdani fis-solitudni
Ta’ min
jinħall irid minn kull ilġiem
Matul il-mixja
twila
Ta farfett
li tgħallem ir-ritmu
Fil-bandla
tad-dwejjaq u tal-ferħ
U tal-waqtiet,
Meta mqar
is-sema jiddendel
U s-sħab
imissu l-ponot
Tal-qċaċet
tad-dwejjaq
Tal-mewġ li
jobrom
Tal-oċean
li juri l-qilla tiegħu
Fuq blat li
jirrifletti
Id-dawl ta’
xemx qed tinki.
Fil-ponta
tal-ibgħat ponta
Dejjem hemm
fanal li jwennes lill-baħħara
Li juri
t-triq lil min jintilef.
Lilhinn
minn hekk hemm xefaq
Li jrażżan
ix-xewqat
U jmejjel
il-ħolm ta’ min irid imur
Aktar ’il
bogħod.
Alfred
Grech
16/11/19 2019.
No comments:
Post a Comment