150.
Imqar hawnhekk iż-żmien kien beda jkarkar
Saqajn mingħajr żarbun malajr jittieklu
Bħal meta għażilna t-tnejn it-telgħa ’l-wieqfa
Hemmhekk ħdejn il-fanal fuq il-quċċata
Turġien għoljin id f’id u purċisjoni
Hemmhekk ħassejnas l-fewġġa qed ixxoqqna
U swar ta’ mewġ jimbaram fuqu nnifsu.
Hemmhekk nissieltu bdejna mal-ġiganti
Nogħolew ’l-fuq mis-sħab li beda jkiddna.
Iltqajna mal-allat tal-flus minn wara l-kwinti
Jinħbew, jinxtraw, jilgħabu bil-permessi.
Hawnhekk iż-żmien għaddej bla ma jitniżżel
Hawnhekk stajt toħroġ barra l-linji stretti
U toqgħod tgħix fis-sħab tal-illużżjoni.
Alfred Grech
Sao Martinho Do Porto
09/11/2019
No comments:
Post a Comment