F’Għajnejk Is-Skiet Tal-Jum Jiżdied.
F’Għajnejk is-skiet tal-jum
jiżdied
U d-dlam tal-lejl jitbiegħed
minnu,
Buffura riħ li tnaqqaf
qiegħa
Jien ħsibt li stajt immiss
is-ema b’idi.
Bħal ajkla bdejt nisseqqer
U nilgħab jien mar-riħ
Iżd’int malajr urejtni kif
Bejn qatra u oħra jitkellem
l-univers
U kif bejn vers u ieħor
Il-ħolm ma jaqta’ qatt.
Aktarx li fuq il-ħlewwa ta’
ħaddejk
Tintilef il-qawsalla
U d-dawl ta’ elf mitt kewkba
Li ħaddieħor lanqas jara.
Għaliex imqarr fid-dell
tas-sħab
Idellel il-biża’ ta’ xi ħaġa
li mhix hemm
Issib sbuħija fir-raxx
tal-mewġ
U l-baħar li jinbidel f’poeżija.
Xejn aktar ma jkun fieragħ
Daqs il-ħolm li qatt ma ħlomna
Daqs il-ħajja li qatt m’għexna.
Alfred Grech
19/11/2019
No comments:
Post a Comment