Tlett
Xadini.
Nimmutaw u ħalqna nagħlqu
Nimmutaw, ma ngħidu xejn,
Għax ħażin jibdew jifhmuna
Ħafna nkwiet, u dan għalfejn?
Nagħattu għajnejna sabiex ngħidu
Illi qatt ma rajna xejn,
U jekk hemm li jaf xi ħaġa,
Waħdu jibqa’ bejn ħaltejn.
Torox sirna, mank nisimngħu
Bomba tfaqqa’, terrimot
Ta’ xi skandlu li jgħeżżiżna
U ma jibqa’ xejn fis-sod.
Dak li jaqbel biss għalina
Ser nisimgħu, aktar mhemmx,
Ngħawwġu l-fatti ngħawwġu s-sewwa
Jidher ċar fid-dawl tax-xemx.
Alfred Grech
29/11/2019.
No comments:
Post a Comment