Hela’.
Jekk
toqgħod tissemma bil-għaqal
Lix-xita li
tinżel bil-qliel
tistaqsi
lis-skiet b’liema leħen
isefsef
f’widnejk bħal ħalliel.
Dil-għanja
li qatt ma titmewwet
imqanqla fi
ħdan l-infinit
li jkebbes
is-sema bl-orangjo
u jdellel tinqiż
il-lanżit.
Tat-toroq
il mixja mitlufa
fid-dell tal-ħitan
tas-sejjieħ,
peprin u
ħaxix li jixxeblek
fejn
jgħammar il-ħolm bil-qatiegħ.
Kien jikser
il-ħemda tal-wileġ
tal-ilma
l-gelgul fil wied
jindiehes
mal-ħsejjes imewwtu
taħlita ta’
mrar u ta’ swied.
U ntbaħna
l’għalxejn issa tlajna
dit-telgħa,
’xxabtna mas-swar
fanal li
qed jifrex il-ħarsa
jindokra
d-destin tal-madwar.
Hawnhekk
stajt tintebaħ bil-qilla
tar-rwiefen
li jħottu l-ħitan
tal-baħar
li jħabbat max-xtajta
u jobrom
qalil daqs xitan.
Alfred
Grech.
15/11/2019
No comments:
Post a Comment