Saturday, 23 November 2019


Image result for corruption

DAL-FLUS MINN FEJN ĠEJJIN?

Dal-flus minn fejn ġejjin?
Imqar mina minn taħt l-art iridu jagħmlu
mhux għan-nies, għall-kuntratturi
u biex igawwdu huma magħhom.
Fetħu jdejhom u qalu:
Hawn il-ġid.
U ħarrbtu kull ma sabu
għax id timsaħ lill-oħra
u hekk ikunu nodfa t-tnejn
Għalxejn iddoqqu t-trombi
għax l-aħħar ma wasalx
bħalissa għandi x’nagħmel
bħalissa nikkontempla
kemm hu baxx il baħar li fih qed ngħumu!
Hemm min ma jilħaqlux
ħaddieħor aljenat għaddej ġmielu
u jien indendel ridt fardal
minflok bandiera imperrċa fuq xi krejn
biex nuri l-qawwa tiegħi
kemm jien battal
u kemm naf nagħmel ħsejjes.
Nixtieq biss li xħin l-irjus itiru
ma nkunx ħdejhom.

Alfred Grech
23-11-2019.

No comments:

Post a Comment