Xhini Din?
Xhini din li l-ħin kollu
Niġġieldu l-inkursuri
Li ħarrbtu fejn noqgħodu
Ħasbuna salt pasturi?
X’inhi li ta’ kull darba
Insibu l-min ibiddel
Il-mod kif drajna ngħixu
U jaqleb minn fuq s-isfel?
U jaħseb jista’ jitla’
U qisu xejn ma ġara,
U jirkeb dahar
ħaddieħor
U kollox sar jindara.
X’pajjiż sar dan imsejjken
Fejn l-aqwa kriminali
Jixxierku fin-negozju
Bl-immunita’ statali?
Iż-żejt f’wiċċ l-ilma jitla’
Għax fl-aħħar jasal l-aħħar
U ż-żejjed kollu żejjed
U nibgħatuħ ibaħħar.
Alfred Grech
27/11/2019.
No comments:
Post a Comment