Monday, 25 November 2019


Image result for news.

U dan Għaliex?

U dan għax ħsibt li jiena
Għandi l-ħin u s-sabar
Li noqgħod naqra dak li ħsibt
Jew dak li tħoss għalkemm mirqum
Bir-rima jew mingħajrha?

U dan għaliex qed taħseb li xi ħadd
Baqgħalu r-rieda
Jaħli l-ħin biex joqgħod jifli
Dak li hemm fil-ktieb mitbugħ?

Il-ħajja dan il-waqt
U dan il-waqt hu waqt ta’ skiet
Ta’ dlam li qatt ma tinfdu
Tal-illużjoni li kont jien
Mingħajr aljenazzjoni.

Jekk noqgħod naqra u nisma’ l-aħbarijiiet
L-aħbar li tista’ ddejjaq hi fil-bogħod
U fl-isfond ta’ dan kollu
Tindaqq xi l-melodija.

Alfred Grech
25/11/2019.


No comments:

Post a Comment