151.
Jien nerġa’ niġi nfittxek qalb xi sħaba
Inkella niġri wrajk għax tiskartani
Imqar jekk maltempata hawn ġo ruħi
Tnegħida siekta toħroġ iżda nifhmek.
Mhux żgur minn dak li ngħid jew li qed nagħmel
Inkella li għad nista’ nibqa’ nħobbok.
Għax ma trid tagħmel xejn imbagħad iżżejjed
Jew lanqas trid tiħarrek imbagħad tiġri
Daqs ferrovija. Nemmen fik għax tagħmel
Dak lil ħaddieħor lanqas joħlom
Xintilla ta’ xi kewkba li tintilsf
Fi ħdan dan l-univers jintemm bi żmienhu
Għax fil waqtiet li nkxift jien tlajt il ġenna
Imbagħad rajt kif staħbejtlek wara sħaba.
Alfred Grech
04/20/2020.
No comments:
Post a Comment