Saħħa Ma Baqgħalix.
Saħħa ma
baqgħalix
Biex naħseb
Wisq inqas
biex nikteb.
Hemm riefnu
hemm barra
Jiknes kull
ma jsib quddiemhu.
Fil-benniena
ta’ ħsiebek
Int ma
tonqosnix
Hemm dak li
ma jidhrix
Ma jissemmiex
Li jgħaqqadna
Li joħloq
kollox.
Nitbandal f’ħoġrok
Biex fil-mistħajjel
Inti tibda
tieħu s-sura.
Alfred
Grech.
19/02/2020.
No comments:
Post a Comment