Saturday, 1 February 2020


Image result for three monkeys

Nimmutaw.

Nimmutaw u nagħlqu ħalqna
Nimmutaw, ma ngħidu xejn.
Għax ħażin li nkunu nafu
Bl-inkwiet kollu u dan għalfejn?

Ngħamdu għajnejna sabiex ngħidu
Illi qatt ma rajna xejn,
Jekk kien hemm min jaf b’xi ħaġa
Waħdu jibqa’ bejn ħaltejn.

Torox sirna mank nisimgħu
Bomba tfaqqa’! terrimot!
Ta’ xi skandlu li jgħeżżiżna
U ma jibqa’ xejn fis-sod.

Alfred Grech
01/02/2020.

No comments:

Post a Comment