Jien Nibqa’
Nfittxek.
Iva hemm dak li ma jidhrix
l-inskrutibbli li jiġi fuqna ilsna tan-nar
bħal fil-pentecoste
u jgħaqqadna bil-fil konduttur
tal-enerġija tal-baħħ li mhuwiex baħħ.
U aħna erwieħ vaganti
Infittxu lil xulxin sabiex ningħaqdu.
Iżd’ issa inti sirt bħal kewkba mitlufa
Anġlu tan-niket u
tad-dilemmi
U ma timsax il-ħoss tat-trumbetti
Idoqqu r-ritirata.
Iva jiena xtaqt nifhmek
U int stajt ħriġt mix-xejn
Ġejt mingħajr fosdqa
Għax imqar ix-xejn
Beda jieħu sura.
Iżd’inti mbagħad staħbejt
Ma bqajtx aktar tidher fl-arja tqila
Fit-tinġis tal-inkomprensjoni
Fil-multitudni.
Jiena nibqa’ nfittxek fil-bosk tad-dlamijiet.
Alfred Grech
20/02/2020.
No comments:
Post a Comment