Sakemm Naqbad ir-Ritmi.
Sakemm naqbad ir-ritmi tal-mewġ
Tiegħek, ma nafx liema triq
Jew liema sqaq jew vijadott
Ser iwassalni għal-għandek
Ja sibilla t’elf leħen u ton
Ittenni s-sewwa tal-allat
Jirbombja l-għerien ta’ ruħi.
Sakemm naqbad il-kurrenti tiegħek
Ma nafx liema wegħeda, liema talba
Jistgħu tassew iressquni lejk
U jqassru did-distanza ta’ bejnietna.
Iżda fuq kull tarġa li twassal
sal mitbaħ hemm ġrajja
ta’ mħabba u qtigħ il-qalb
li tista’ tfakkrek fija.
Alfred Grech
07/02/2020
No comments:
Post a Comment