Diffiċli.
Diffiċli tfejjaq il-ġrieħi
tal-inkomprensjoni
meta kulħadd jagħlaq il-bibien
u jniżżel il-lukketti tal-kanċelli
tas-swar tiegħu.
Diffiċli twassal kliem ta’sliem
qalb ġebel ippuntat
u ritmi żvixxerati u laċerati
ta’ mewġ li jibla’ l-art.
Ingħlaqna fina nfusna
ħarisna biss sal-ponta
ta’ mneħirna u ma lmaħna xejn
għajr ċ-ċpar u ċ-dħaħen
tal-aggressjoni.
Ibla’ pillola oħra
u minn dan l-uġih xejn ma jibqa’.
Alfred Grech
23/02/2020.
No comments:
Post a Comment