Din Hija Mixja.
Din hija
l-mixja tal-merħla lejn tarf l-irdum
Kulħadd jistrieħ
fuq dawk ta’ madwaru
U ħadd ma
jsaqsi fejn sejrin
Jew jgħolli
rasu ’l-fuq u jħares fejn sejrin
Għax inkella
nitfixklu f’saqajn xuxlin
U biex
isseħħ dik l-ordni u l-għaqda
Li ndottrinawna
biha
Jinħtieġ li
nibqgħu għaddejjin
Ilkoll fl-istess
direzzjoni.
U aħna issa
sirna nani għal ħdejhom
Għax issa
huma ħatfu u ggranfaw bla xebgħa
F’majjalata
tal-ħnieer fir-razzett tal-annimali
U bnew u
għollew safejn qablilhom
U telgħu ’i-fuq
u bdew iħarsu l-isfel
Lejna.
U issa
sirna nemel għal ħdejhom.
Alfred
Grech
24/02/2020.
No comments:
Post a Comment