Jekk Inti Tista’ Taqbad.
Jekk inti tista’ taqbad
Is-seħer ta’ dal-kliem;
Kull sillaba li taqbeż
U tiġri fuq quddiem.
Jekk inti tibda temmen
Fis-siwi ta’ kull waqt,
Tittajjar daqs ħamiema
U tilħaq dak li xtaqt.
Int tista’ tibda temmen
Daqskieku l-ilma ċar
Fl-uċuħ ta’ mingħajr maskri,
F’kull waqt li qatt ma sar.
U tneħħi l-barrikati
Imqar jekk tieqaf ftit,
Għalkem hemm min iżommok
Malajr jiġik l-aptit
Tkun dħat fis-saltna tiegħi
Ta’ dak li hu jew mhux
Tal-anġli qed jittajjru
Tal-kwiekeb u tax-xmux.
Alfred Grech
11/02/2020.
No comments:
Post a Comment