Dar-riefnu li qajjimna.
‘Mma x’hemm jifridna lilna
t-tnejn
jekk mhux il vortiċi li
jqajjem riefnu
u l-bir bla qiegħ ta’ dlam
minn fejn tnissilna.
“Mma x’hemm jifridna?
M’hemm xejn!
Hemm din il-forma tal-karta
pesta
li fiha jassarna l-ġenju
bħal-lampa t’Aladin
jew tal-flixkun mitluq għal
riħu
fuq ix-xtajta.
Imbagħad bqajna t-tnejn
miblugħa
u mistagħġbin
kemm stajna nagħmlu ħsara
lil xulxin
b’dal vortiċi li jifridna
b’dar-riefnu li qajjimna.
Alfred Grech
28/06/2018
No comments:
Post a Comment