Meta.
Meta ma tkunx
in-narrattiva
ta’ dak li nġorr
fuq dahri
l-imgħoddi mimli
ħtija bħal korazza tal-bebbuxu
Jiena nkun sew
għaliex inkun bla xkiel.
Meta ma
niggranfax mas-sħab u l-kannizzati
ta’ dak li għad
ikun għax mimli qtiegħ il-qalb
jiena lanqas ma
nidejjaq
għax naf li ngħix
illum.
jiena dak it-tfajjet
ċkejken ta’ bla ħażen
jemmen f’kollox u
f’kull ħadd
li jmiss
il-kwiekeb għax saru baxxi
li jinfew waħda
waħda tul il-mizja.
Meta ma nkunx
miegħek
u ma jkollu ‘l-ħadd
madwari
nibda nemmen li
qed ngħix,
li qed ngħix
fiż-żmien it-tajjeb.
Alfred Grech
21/06/2018
No comments:
Post a Comment