Isma’ L-Ħsejjes.
Isma’ l-ħsejjes
siekta li jiġu minn imkien
u agħti widen għal
waqt wieħed
bla ma taħseb.
Hemm tweġibiet li
huma ikbar mill-mistoqsiji tagħħom
li ħadd ma għandu
l-ħila qatt jistaqsi.
Iftaħ idejk għall-kull
ma jiġi
imbagħad tintebaħ
li mqar min ried jagħmillek il-ħsara
ta’ min jitħassru
għax hu marid u
inti mħux se tfejjqu.
Tista’ biss tfejjaq
lilek innifsek
mill-marda li
tittieħed.
Għanni l-għanja
muta li ma tafx
imqar jekk int
stunat
tintebaħ li sirt
l-aqwa għannej
kompositur
mill-kbar xħin tingħaqad
mal-ħsejjes ta’
madwarek, il-ħsejjes tal-ħolqien,
f’dan l-univers
jissussulta, jivvibra u jgħanni.
Alfred Grech
08/06/2018
No comments:
Post a Comment