U Meta Lmaħtek Ġejja.
U meta lmaħtek
ġejja
iġġorr il-ferħ f’idejk
bid-dija ta’ elf
kewkba
intbaħt li dak
l-abbiss oskura li kien belgħani
kien biss id-dlam
ta’ kull misteru.
U xħin flimkien
imxejna nofs it-triq,
intbaħt ukoll li
dil-mogħodija
għaddejna minnha
kemm il-darba.
Imbagħad mit-trab
tal-art ix-xewqa nibtet
bħal warda li
saqqejt għal kemm il-darba
u baqgħet dik li
kienet – xenqet it-tafal.
Biż-żmien
tinbidel int,
ninbidel jien
jinbidlu wkoll
il-ħofor
li konna qed
niskopru.
Alfred Grech
16/06-2018
No comments:
Post a Comment