Kont Qrib Tiegħek.
Kont qrib tiegħek u tbissimtli,
ma kontx naf li għadu
tiegħi.
U xħin lura nerġa’ f’dari
irrid ngħix miegħi innifsi.
Kont sabiħa u seduċenti,
ma kontx naf li lsien ta’
lifa:
Kont saħħartni bi sbuħitek
intbaħt x’int malli ftaħt ħalqek.
Ħarist lejja b’simpatija
sibt, minn wara kont
tilgħabni.
Tawwalt idi biex neħilsek
u int weġibt b’daqqiet ta’
ħarta.
Xejn ma jiswa’ l-kliem bħal
xmara,
it-tżjin u kif tpoġġiha,
għax bqajt nagħaqad dawra
waħdi
f’dan il-limbu tat-tpattija.
Tkun kretin jekk tibda’
temmen
fit-tjubgija ta’ kull
ħlejjqa.
Hemm dagħbien li jirrispondi
biss għall-ħażen tal-abbissi,
u fil-wiċċ tal-ilma qiegħed
boċoċ t’arja trasluċenti.
U għahekk ħallini ngħixha
din l-efimera illużżjoni,
b’dan il-mod ħallini naħseb
li qed ngħix aħjar il-ħajja.
Ilsna ġodda trid tagħllimni
sabiex ngħix mingħajr ma nbati.
Alfred Grech
03/-6/2018
No comments:
Post a Comment