X’Inbidel?
X’imbidel?
imbidlu dawk l-għajnejn li
bihom kont inħares.
Inbidlu n-nies li magħhom
kont nagħmila,
li lanqas dawn ma kienu qatt
biċ-ċiera li tingħaraf
Imbidlet ix-xintilla li
kienet tikkargani
biex kull sbieħ il-jum inqum
iħares lejn x-xema tixxabbat.
Inbidlet il-ħerqa li biha
kont imdorri nagħannqek
u d-dinja ta’ madwari.
Inbidlet kemm il-darba
l-fehma
bħalma n-nies tinbidel ta’
kuljum u f’daqqa waħda
bħal meta jitla’ l-ajru.
Inbidel it-tajjeb u l-ħażin
u dak li nifhmu bihom,
u kollox ta’ taħt fuq biex
lanqas biss jingħaraf għadu.
Jinbidlu ż-żmininiet, , ,
Tinbidel Int . . .
Ninbidel jien , , ,
U x’ma nbidilx?
Ma jinbidilx il bahh ta’
wara l-kwinti,
li minnu ta’ sikwit x’ħin
niġi f’tiegħi
inħobb nittawwal,
Alfred Grech
03/08/2018
No comments:
Post a Comment