Inti Li Għandek Wiċċ ta’ Qaħba.
Int li għandek
wiċċ ta’ qaħba
Sikwit tonfoħli
r-riħ ġo wiċċi u toħloq skoss l-irwiefen,
Int taf tirahanli
ħajjti
U tifdili serħ
ir- ruħ,
Għaliex ir-rahan
taċ-ċaħda
Jinsab fid-dnub
ta’ telfa
U l-agunija ta’ fuq
ix-xifer.
Imbagħad tqum
l-għada filgħodu
U jerġa’ kollox
għal-li kien
Fuq artal
il-konswetudni
Fl-ermitaġġ
tas-solitudni.
Inti wkoll tisa’
tkun l-anġlu
Li tnewwilli ftit
idejk
U teħodni fuq is-sies
tat-tentazzjoni
Minn fejn jiena
naf immiss is-sema.
Alfred Grech
19/06/2018
No comments:
Post a Comment