Jien Ħsibt
Jien ħsibt li kont se ġġib
il-ġenna miegħek,
wasalt! u kollox baqa’ bħal
ma kien.
Komplejna t-tnejn fit-triq
id f’id biex naslu
u l-ferħ tal-wegħeda ma
sibnieh imkien.
Kont ħsibt li għandek dak li
kelli nieqes
u għalhekk flimkien se naslu
għat-total,
imbagħad intbaħna l’hawn xi
ħaġa nieqsa
u bilġri bdejt infittex kif
ninħall.
Alfred Grech
27/06/2018
No comments:
Post a Comment