(Lil Marie u Ryan li ngħaqdu
fiż-żwieġ 06/06/2018)
Intom allat ta’ olimpu
u inti Imene wild Urania
li tkun minn ta’ quddiem
fil-marċ nuzzjali,
wassal lil dix –xbejba għażiża
lejn seħibha.
O Imene Imeneaus f’dil-lejla
ta’ sirda u żiffa ħelwa
li tonfoh l-għaniet inkantevoli
tas-sireni.
Dawwar ma dwar rasek ward
ifuħ u weraq tar-rand,
itfa’ fuqek il velu maestus
u xidd is-sandli tad-deheb
biex tmexxi din il- purċissjoni
lejn il-quċċata tat-twettieq
f’dan il-lejl iħeġġeġ bil
ferħ, bil-għana u bil-melodiji li jixirqu.
Olqot l-art b-riġlejk u
iftaħ l-għejjun tal ors u tal-imħabba.
Sejjaħ lix-xbejba u uriha
t-triq lejn żewġha
sabiex tingħaqad miegħu
fl-imħabba dejjiema
bħalma tingħaqad u titgeżwer
il-liedna mas-siġra li magħha tixxabbat.
Intom xbejbiet f-ilbieskom
trasluċenti
għalikom jum bħal dan għad irid
joqrob
ingħaqdu intom ukoll fdil-litanija
ta’ tifħir u għana
ta’ mħabba li hi tassew
imħabba bejn mara u raġel.
Minħabba fik o kbir Imene il-ġenituri jkunu fuq ix-xwiek,
l-għarus jistenna u x-xbejba
tkun ħerqan biex jitilgħu din it-tarġa
ta’ ħajjithom fit-trapass
bejn iż-żogħżija u l-għaqal maturat.
Inti teħles u tgħaddi
f-idejn iż-żagħżugħ il-warda ta xbejba
li tieħu minn ħoġor ommha.
Mingħajrek xogħol Venere hu
bla fejda.
Mingħajrek kull dar tibqa’
bla wild,
il-ġenituri jibqgħu
weħidhom,
u mingħajr ir-riti tiegħek
kull ġens tonqoslu s-sinsla
li hi l-familja magħmula u
mrawma minn raġel u mara.
Iftaħ mela l-bibien li
jieħdu l-bogħod għaliex ix-xbejba waslet,
l-għarus ma jdumx jistenna u
d-dawl tar-rifletturi
jilmaw u juri s-sbuħija ta’
dil-koppja.
Tibzax ja xbejba, għaliex
ebda tiġrib ma jdallamlek il ferħ u l-ħeġġa
li huma sehemek. Ersaq
il-quddiem u ersaq lejna
bħal dik is-sultana nieżla
mit-taraġ imperjali.
Inti tisboq il-gjaċint li
jgħolli rasu ‘l-fuq mill-għana kollu ta’ ġol ġnien.
Ersaq il-quddiem ja xbejba,
dan huwa l-waqt li jagħmlek mara
isma’ l-għanja tagħna
għax żewġek huwa l-prinċep
tal-irġiel, mogħni bil-ħila li
kienet dejjem xiehda ta’ għemilu.
U bħama d-dielja taqbad u u
xxeblek ma kull sigra li ssib
hekk huwa jħaddnek u
jagħmelk tiegħu għal tul iżmienijiet.
Ja Imene Imenaeus
ġibilna awguri tajba sabiex
din il koppja
tista’ tħares ’l-quddiem u tgħix
fil hena u fil ġid li jixirqu lil kul uman
għal tul iż-żminiiet.
Alfred Grech
07/06/2018
.
.
No comments:
Post a Comment