Fuq Ta’ Slima, San Lawrenz.
Bil paraxut tiddendel
ix-xemx fi ħdan iċ-ċpar il minsi.
F’dawn l-inħawi fejn
jgħammar is-skiet tal-fidwa
tghixhu bil jum kull jum li
fih teżisti
u s-skiet jinkiser biss
mit-tokki ta’ qanpiena
tintona l-għasar, jew it-tisfir
tal-użinjol jistenna d-dalma.
Kif tista’qatt dir-ruħ ma
tieħux nifs u toħroġ
minn ġol-fosdqa bħal bebbuxi
wara ħalba xita
jekk fuq in-art qed tħossha
hekk marsusa.
F’din in-nixfa ta’ Lulju li
jixwi fuq il-gradi
tkun biss il-fewġa
tal-grigal li tiffriska
ir-ruħ tissielet mal-ħsieb lebbiet
li qatt ma jċedi.
F’daw’ l mergħat ta’ ħaxix
niexef u ħuxlief li jeħel maż-żarbuna
tista’ tinsa, u tħalli wara
spallejk ix-xewqa li trid tinftiehem
imqar ma xi gremxula inkella xaħmet l-art lli tmur
tistaħba
hekk kif joqorbu l-ħsejjes.
Il-bniedem biss b’ħidmietu
jikser is-seħer ta’ dil mixja
tal-infinit li ma jidħolx
fin-nisġa ta’ dak li s-soltu jiġri.
U meta tasal f’tarf l-irdum
trid tieqaf hemm
għaliex bħal tibża li
l-abbiss li jiġi taħthu jista’ jaħtfek.
Moghħdija sserrep qalb
l-għelieqi tista’ twasslek
għax f’daqqa waħda bħal
donnok taqta’ qalbek.
Ir-resħa tal-grigal hi
biżżejjed biex traqqad is-sensi
u ħin bla waqt intbaħt bil
ħtieġa tal-għajnuna.
Jien niġi hawn infittex
il-ħsibijiet ta’ qalb ir-raba
qabel l-għajn li qatt ma taqta’
ħesrem tinxef.
Dal-blat ma jġibli ebda
nostalġija
għaliex ma fiħx
is-sensazzjoni ta’ meta kont ngħix
mingħajr ma naħseb u meta tibda
tiela’ t-telgħa
ssib li t-toqol qed jiżdied
imqar jekk hemm min jgħinek.
Hawnhekk il-poeżija tiġeu l-ħajja.
Alfred Grech
21/07/2018