Jekk Ikolli Mmur il-Ġenna.
Jekk ikolli mmur
il-ġenna
Jien miegħek ma
niġix.
Intant il-ġenna
tiegħek
Hi x’imkien fejn
hemm il-moffa,
U fejn hemm is-saltna
tal-ilma qiegħed.
Fejn kullħad
jobbi bla jistaqsi
Għax ħieni bla ma
jaf
U fejn hemm
il-qaddisin li jipproteġu
Jagħmlu xirka
tal-qaddisin.
Il-ġenna tiegħi
mhix bħal tiegħek fejn hemm biss
Hwejjeġ tajbin;
Il-ġenna tiegħi
għanda minn tal-qawsalli,
Imżewwqa b’kull
kulur
Fejn is-sbuħija
feminili
Issebbaħ il-ħolqien
U fejn it-tentazzjoni
huwa mod kif tgħix il-ħajja.
Il-ġenna tiegħi
fiha l-ġenn
Bħall-univers li fih qed ngħixu.
Alfred Grech
02/07/2018
No comments:
Post a Comment