Xħin Jaqa’ s-Skiet Bejnietna.
Xħin jaqa’ s-skiet bejnietna
int titlaq ’l-hemm
u tħalli rima tfugħ ta’
xewqat sbieħ
biex jerġa’ jgħaddi ż-żmien
u jien jibieli.
Xħin jerġa’ jaqa’ s-skiet
bejnietna
jien bħal nistrieħ
u nħoss li tar minn fuqi
it-toqol ta’ destin li ma
flaħtux
U tkun marrittli kull
mistħija
tal-attur li qatt ma rreċ’ta.
Xħin jaqa’ s-skiet bejnietna
inkun waqajt fil-muta
tal-poeti
u int ma jkun baqagħalek
xejn
xi tgħidli aktar
għaliex il-kliem ikun tilef
is-seħer tiegħu.
Xħin jaqa’ s-skiet bejnietna
jkun għaliex inti tkun sirt
tad-demm u l-laħam.
Alfred Grech
12.07.2018
No comments:
Post a Comment