U Kollox Rega’ Għal Li iien.
Jien stajt kont dawk
l-affarijiet li kont qed noħlom
u stajt ma kont qatt xejn
minn dan,
Int stajt kont dawk
il-ħwejjeġ kollha
u għalhekk l-aħjar li ma
ltqajniex.
Int issa tlaqt issib lilek
innifsek:
minn dawk l-nħawi kont
għaddejt.
Jien naf li għad trid terġa’
lura
imbagħad noqgħodu hawn it-tnejn
u ngħixu dak li jista’ jkun
jew sata’ kien.
Jien ħsibt li nista’ nagħmel
l-isbaħ ħaġa li naf nagħmel:
Ngħanni;
Għalik kien telf ta’ żmien.
Jien ħsibt li nista’ nagħmel
l-inqas ħaġa, noqgħod nisma’
Il-widna tiegħi ma tridiex.
Jekk ridt tambur biex toqgħod
fuqu ttambar
iż-żifna ma bdilthiex,
kien ħamar il-lejl u issa
sebaħ,
u kollox rega’ għal li kien.
Alfred Grech
19/07/2018
No comments:
Post a Comment