Ma Rridx Nisma’.
Ma rridx nisma’ kantalieni
Ma rridx nisma’ aħbarijiet,
Fuq l-iskrin jew diġitali,
Kull filgħodu f’dan-naħħiet.
Ma rridx nidħol fil-binarji,
Bħalma jagħmlu ta’ kuljum
Dawk li huma egħref minni
Minn dan kollu rrid insum.
Jew inkejjel is-sħab
fl-arja,
Għax ninsab mal-migdudin,
Sibt jien ruħi bl nistaqsi,
Ġo did-dinja tal-bnedmin.
Ġo did-dinja tal-virtwali,
Ġo did-dinja tax-xbiehat,
Toqgħod tisma’ x’qiegħdin
jgħidu,
Minn dak kollu x’jimpurtak?
Nidħol nerġa’ f’dan
iċ-ċirku,
Bla ma biss jikkonsultawk,
Ikaxkruni, jimbuttawni,
Bla ma biss jikkunsidrawk.
Noqgħod biss irrid għalija,
Waħdi, waħdi ġo xi għar,
Jew inkella f’xi bettija
Jew inkella wara ċ-ċpar.
Alfred Grech
20/07/2018
No comments:
Post a Comment