Le Mhux hawn ġejt.
Le, le mhux hawn ġejt jien nisma’ ħbarek,
fil-qalba ta’
din l-art fittizja,
fuq ħabel
issikkat t’ekwilibrista
biex nerġa’
nsib li spazju li kont tlift
u r-roqgħa art
fejn nagħraf lili nnifsi.
L-ilħna
tiegħek bqajt ma nagħrafhomx,
iżda stajt
inħossni ngħum fir-ritmu tas-skiet tiegħek.
Issa sirt
ukoll farfett milwiem
indur minn
warda għall-oħra biex induq għasel l-allat
iqattar u
jiżżerżaq fuq ilsieni.
Jien nerġa’
niġi miegħek sabiex
it-tnejn li
aħna niżfnu iż-żifna tar-riħ fuq
lil hinn minn
kull quċċata.
Imqar jekk
sibtni għal darb’oħra f’nofs deżert,
fil-labirint
tal-għażla
nistenniek li
tfiq mill-muta li darrejtni fiha
li tkisser u
tfarrak kull sens t-orjentazzjoni
kull sens ta’
ħbiberija
kull ħolqa li
tgħaqqadna
fil-katina
tal-ferħ u l-armonija
li dwara
jħobbu jitkellmu l-profeti.
Int tista ma
tkun ukoll għal dejjem
il-kewkba li
turini triqti,
l-agħasfur li
għad iġibli
l-aħbar
it-tajba.
Alfred Grech
07.07.2018
No comments:
Post a Comment