Din Karba
Din karba li ħarġet bid-daqqiet ta’ ponn
tiċrita ta’ strument li jittradixxi
l-iżvog ta’ min qed jilgħab bil-ħtija ta’ ħaddieħor.
Infittex il waqt tat-telfien
ma xitan qed jiddendel fuq perċa
ta’ sbirri li fuqhom qed tistrieħ
is-setgħa ta’ dawk li jerdgħu minnha.
Is-simboli tas-setgħa magħrufin,
Għaliex ħassejt li int stajt tagħmel xi titjib
mingħajr ma tegħreq fil-korruzzjoni?
Dawk huma wkoll l-allat tal-kartapesta
l-idoli tat-tafal li quddiemhom
ninżlu għarkubtejna.
Iżda int le, ħa tweġġa u jweġġgħuk
ħalli jferuk u lanqas tlissen karba.
Għax il-kurrent moqżież ta’ dak li hu
qatt mhu se jġorrok miegħu.
tiċrita ta’ strument li jittradixxi
l-iżvog ta’ min qed jilgħab bil-ħtija ta’ ħaddieħor.
Infittex il waqt tat-telfien
ma xitan qed jiddendel fuq perċa
ta’ sbirri li fuqhom qed tistrieħ
is-setgħa ta’ dawk li jerdgħu minnha.
Is-simboli tas-setgħa magħrufin,
Għaliex ħassejt li int stajt tagħmel xi titjib
mingħajr ma tegħreq fil-korruzzjoni?
Dawk huma wkoll l-allat tal-kartapesta
l-idoli tat-tafal li quddiemhom
ninżlu għarkubtejna.
Iżda int le, ħa tweġġa u jweġġgħuk
ħalli jferuk u lanqas tlissen karba.
Għax il-kurrent moqżież ta’ dak li hu
qatt mhu se jġorrok miegħu.
Alfred Grech
01/07/2018
01/07/2018
No comments:
Post a Comment