Tista'
Tista’ tħallini hawn bejn
is-skiet ta’kull tbissima
jinħela
fl-abbiss tal-ħarsa tiegħek.
Int li
bħali tqum filgħodu
u bħalma
jbus il ġawwi l mewġ tal baħar,
tfittex
il-ħarsa tieghi.
Jiena
nista’ nkun il-qlugħ tal bastiment
li jrid
iwassal lili u lilek
fuq dik
l-art fejn għadu ħadd ma rifes.
Din l-għanja
tiegħi trid tiżżerzq
mal għola
mewġ biex tista’ tasal
lilhinn minn
fejn għsd tasal
tpetpit
l-għajnejn jinvadi x-xefaq.
Kull meta
naħrab mill-ħsejjes tas-solitudni
u niġi
nfittex għandek, int turini
sema ogħla
minn dak li nistgħu nilħqu.
Alfred
Hrech
24/07/2018
No comments:
Post a Comment