Salm
Dan salm li jintona r-riħ ivenven
ir-riħ li jtajjar it-trab li jgħammex l-għajnejn
bħal meta jitla’ l-għajru bla mistieden
u ma nibqax
inħażżeż aktar dawk il-linji
safejn għad irrid
nasal.
Imbagħad interraq
għalxejn.
Meta tintebaħ
bl-ilwien ikanġu
ta’ nżul ix-xemx
li għal tant żmien tkun qiegħda tfittex,
issib li nkunu
mxejna nofs it-triq,
u int predestinata
li jien ma nilħqek qatt.
Imbagħad ġie
swied il qalb
u żmien
id-distrazzjoni
fis-soppa primordjali
li t-tnejn li aħna twelidna fiha
li tagħġen dak li
int u li qed tara.
Jien nibqa’ waħdi
hawn sogħbien
biex inti tiġi
żurni fil ħolm tiegħi u tgħidli
li bdejt
tifhimni.
Alfred Grech
22/07/2018
No comments:
Post a Comment