F’Dawk il Jiem.
F’dawk il jiem
t’għanjiet qosra
għax it-tgħarixa
tmur u tiġi. . .
F’dawk il-jiem
meta kont nisma’
l-leħen
tiegħek qalb is-skiet u l-ħsejjes tal-kampanja
kont nilmaħ
it-tbissima fuq xufftejk
iddawwal kull
ħaġa mdallma
imqar dak
kollu li żammejna mistur bejnietna
inkella dak
kollu li għamilt jien waħdi
meta inti ma
kontx qed tħares.
F’dawk il-jiem
kont inxomm il-fwieħa tiegħek
kull meta
r-riħ kien ifakkarni
li sar il-ħin
u jiena ħsibt
li se narak
titfaċċa minn
x’imkien.
F’dawk il-jiem
jien kont ferħan
għax kelli
lilek.
Alfred Grech
13.07.2018
No comments:
Post a Comment