137.
X’jispara qisu vleġġa hsieb ix-xewqa
Filwaqt li qiegħed hawn fuq mejda waħdi,
Quddiemi nies għaddejja
qishom f’ħolma
U jaħbtu ma xulxin fuq dil-bankina,
U inti mintix hawn iżżommli
jdejja.
Int missek qiegħda fl-għajn
ta’ min iħares
Inkella hawnhekk biex miegħi
tista’ tishar.
Tkun int is-sieħba tiegħi
tal-konkwista
Daqs trankwillant il-ħsieb
li qiegħda ħdejja
Niżżeffen bla ma naf fuq il
mewġ il-benna.
Aħjar li mintix hawn għaliex
inkella
Ġo moħħi tibda tgeġweġ
it-tfittxija
Biex lilek nagħmlek ħienja
bla nintebaħ
Li hienja int kif int imqar mingħajri.
Alfred Grech
11/09/2018
No comments:
Post a Comment