MWEJJEĠ AĦNA.
Ngħumu f’wiċċ k-ilma
mal-mewġ li jġorrna . . .
sa xfar ix-xefaq
biex ninsew mnejn tlaqna,
ninsew il-mewġ tal-bieraħ,
ninsew aħna min aħna.
Mwejjġiet aħna,
tqanqil ir-riħ li jnsessi,
taż-żiffa li tonfoħ
mill-punent
u ġġib in-nixfa.
Sħaba ta’ weraq niexef
f’waqtiet ta’ ferħ u ta’
tbatija
nittajjru mal-għabra,
ninkinsu mill-buffuri,
ninbarrmu fl-uragani
t’għajru mħawad.
Alfred Grech
30/09/2018
No comments:
Post a Comment