M’Hemm Xejn.
M’hemm xejn f’dan
l-isjwallur ta’ ħajja
għajr dak li
ntennu ta’ kull darba
dak li għalxejn
fittixna ’l-bieraħ,
fit tfittxija
għal-passi li ħaduna
xi darba fil-ġnien
tal-Għeden.
M’hemm xejn fit-tranżizzjoni
evanexxenti
li minna rridu għad
nisiltu
id-dehera
tas-sabiħ
biex tara mbagħad
jinfaqa’ f’wiċċek
dak li mhux għal
dejjem,
bħal-bieżaq
tas-sapun itiru fl-arja
imbagħad issibi
li l-ħajt li miegħu ixxabbatt
ma kienx jeżisti.
Alfred Grech
12.-9/2018
No comments:
Post a Comment