Redenzjoni.
Int sabiħa
l-aktar
xħin tinfetaħ
qisek warda
u tħalli l-qtar
tan-nida jiġru
fuq xfar
il-petali
bħall-għaraq fuq
għajnejk.
U ma jgħaddix jum
ieħor bla ma r-riħ
tat-tentazzjoni
jistampali fuq ħaddejja
it-timbru ta’
xuftejk.
Jien nibqa’
hawnhekk
nonfoħ il-bżieaq
tas-sapun
u ndoq vjolin ta’
ġrad li ntesa’
sakemm għad tiġi
terġa’ int
fuq dak il karru tan-duħħan. . .
U hemm insib
il-fidwa.
Alfred Grech
02/09/2018
No comments:
Post a Comment