La Toftoqx.
La toftoqx u la tiflix u la tgħidlix x’hinu
l-istil ta’ dak li naħseb.
Int x’int, int biss tifkira.
U jekk ma tinbidilx
int tista’ tgħix għal
dejjem.
Xi ħaġa tmut ġo kif
kull meta tiġi lura
sakemm ma jibqa’ xejn
minn dak li kont xi darba.
Għax ta’ kull darba terħi
ftit
mill-ġbid tal-ħabel li
jissikka
tinbidel int u tibdel dak li
tkun
tmur kontr dak l-emmint
u ċċedi dejjem biċċa
sakemm tmur tfittex
u ma ssib xejn minn dak li
kont qed taħseb.
Biex tibqa’ tgħix għal
dejjem trid
ma tinbidilx inkella
tibda timxi b’lura.
Alfred Grech
16.09.2018
No comments:
Post a Comment