Issa Li Drajna.
Issa li drajna x-xiwi ta’
dis-sħana nfernali
globaliżżata bħal kapitali
jifrex it-tentakli
u jidħol ġo kull rokna u
jinfed saħansitra l-fissuri l-aktar fondi
rajna kif għamilna biex inzidu
aktarit-taħwid
u l-iskart u n-nugrufun
fl-arja li nibilgħu
għax issa drajna wkoll
nilqgħu il ħsara ġo ġisimna
kif wkoll kull skart
diġitali, efimerali,
li jittieħed bħala tagħrif,
aħbar, inkella kull xort’oħra
ta’ tagħlim li fiħ irridu naqdfu.
Ejja nitgħalmu t-tagħlim ta’
dawk l-ixxamplati
li jiftaħru bil-mixi l-quddiem
b’ekonomija dejjem tikber
in-negozju qed jiżdied u
mitt skuż’oħra
biex ikompli jisolħu, iqaxxru u jfaqqru
dil-blata f’nofs il-baħar
fejn jgħum il-ħut il-kbir.
Ejja ma nnewħux aktar għax
issa xtutna ftaħnihom beraħ
għall-miħja ta’ kull xorta
ta’ profeta
taħt l-iskuża li issa Malta
saret Ewropea
u għamilna l-qabża
fil-kwalita’.
Imma niftakru wkoll li
s-setgħa hija l-akbar ċaħda tal-jien eaġerat
għaliex il-jien li jaf min
hu ma jinħtieġ ebda setgħa
biex ikun dak li hu
u lanqas ifittex li jgħix f’ħaddieħor
jew fil-fama li ħaddieħor għandu
tiegħu.
Alfred Grech
23/09/2018
No comments:
Post a Comment