Kif Nista’ Qatt Ninsik.
Hemm ismi fuq kuxtejk tatwat
U f’ruħi hemm it-toqob ta’ kull ħtija,
Il-fdal tat-tentazzjoni fuq
xuftejja,
U nġorr fuq ġismi l-marki li
ħallejtli.
F’kull pass li nagħmel hemm
l-uġih
Tas-sogħba għax reġa’ bdieli
Is-sogħoba tal-mixja mhjix
kompluta
Tal-kwiekeb li jintfew
Tal-qċaċet li qatt ma
ntlaħqu.
Fuq il-ġilda nġorr il-grif
Tal-poeżija li ħarbixna int
u jien bejnietna.
Kif qatt nista’ ninsik.
Alfred Grech
24/09/2018
No comments:
Post a Comment