Ninħbew Qiegħdin Mill- Ħars.
Ninħbew qiegħdin
minn hars il-għajn
ninħbew fi ħdan
din l-immanenza,
trasfigurati b’dak
li rridu naħbu
u tnejn nistqarru
lil xulxin li qed niftiehmu.
Int tinsa’ li xi
darba kont għallimtni
li minnek jien ma
nista’ naħbi xejn:
fuq wiċċek jien
kont naqra
iktar milli
nikteb stajt volumi.
Int tħares lejja
bħal min jinsa,
Inti li taf tkun
dak kollu li kulħadd iridek,
bħal meta teħel
fi griżmejk xi xewka
jew tibqa’ nieżel
ġo l-abbiss tad-dalma
Ta’ spiera mħaffra bid-dnubiet ta’
dari
tiggranfa għalxejn. . . ħitan jiżolqu,
u bla ma nżajt il ħwejjeġ stajt nintebaħ bl-għera ta’ ruħħek.
U ntbaħna mbagħad ukoll m’aħniex weħidna
u li m’aħniex naqraw is-sinjali
ta’ żminijietna.
04/02018
No comments:
Post a Comment