Intbaħt li Stajt Weġġajtek.
Intbaħt mli stajt weġġajtek
Imqar mil-bogħod
U kull messaġġ li ibgħat
Inaqqas id-distanza ta’
bejnietna.
Is-solitudni tiegħi
Bħal ittra li tibgħatli
Imbagħad nitlaqha hemm,.
Bħal f’xi rumanz id-diskursati
ta’ bejnietna
Mimlija rtokki u qari ta’
prova
Kliem imqiegħed ħdejn xulxin
idoqq għall-widna.
Iżda maż-żmien jintesa’
kollox
Jisfaru jew jiqdiemu
mal-karta li fuqħa mitbugħa.
Meta rġajt ġejt lura f’ħajjti
Jiena lanqas ma qagħadt
lura.
Issa noqgħod niġbor
il-weraq niexef tal-ħarifa
Fejn imħażża l-ismijiet
Ta’ dawk l-erwieħ li qatt ma
twieldu.
Alfred Grech
16/09/2018
No comments:
Post a Comment